Meta tobrom il‑ġiżimina, l‑Għarbija għan‑namra fina.
Dari kienu jemmnu li l‑ġiżimina (fjura tal‑ispeċi Jasminum officinale) daħħluha Malta l‑Għarab ta' Tuneż u li fi żmienha, jiġifieri bejn Ġunju u Novembru, it‑tfajliet Għarab kienu jingħataw iżjed għan‑namra.