Meta s‑siġra tal‑armla ma toħroġx qamla, għan‑namur tkun reġgħet ħemla.
B'mod speċjali dari, meta armla ma kenitx tkun trid titgħabba bir‑responsabbiltà li tgħajjex lil uliedha, kienet tfittex raġel ieħor biex jgħajjex hu lilha u lil uliedha. Qamla tfisser rimja f'dan il‑kuntest, bħallikieku l‑armla hija siġra li ma tridx tagħmel frott, u ħemla tfisser imqanqla.