Meta tkun se tiżżewweġ, jekk ma tkunx miġnun, tiftakar li għad trid tbennen u tiġġennen.Il-ħajja miżżewġa u t-trobbija tat-tfal jitolbu sagrifiċċji kbar.
Meta ssir ir-rabta taż-żwieġ, l-omm taħseb għal dak li hu meħtieġ.Dari l-omm kien ikollha tibda taħseb għad-dota meta bintha tasal biex tiżżewweġ.
Meta xebba għaż-żwieġ mixħuta, tixxabbat ma’ xi tuta biex biha tikseb f’butha.Xebba li tkun tixtieq tiżżewweġ, jeħtieġ li taħdem biex taqla' l-flus sabiex tgħajjex il-familja.
Iż-żwieġ mingħajr tarbija ma fihx tgawdija.Koppja miżżewġa bit-tfal tgħix iżjed kuntenta minn koppja bla tfal.
Tifla ħudha minn dar ta’ nies jistgħu, u għalqa ħudha mingħand għażżien.Dari ma kontx tiżżewweġ biss għall-imħabba iżda wkoll għad-dota tax-xebba - bl-istess mod, kien jaqbillek iżjed tikri għalqa li qatt ma tkun inħadmet.