Min tassew iħobbok, jibqa' jħobbok minkejja d-difetti tiegħek.
L-imħabba bla dawl, il-mogħdrija bir-raġġi.
Bniedem li tħobbu jagħmel kollox tajjeb, bniedem li tobogħdu jagħmel kollox ħażin.
Kategoriji: l-imħabba
Qwiel relatati
Għal ratal laħam ma jaqbilx tixtri baqra.
Fiż-żwieġ is-sitwazzjonijiet diffiċli huma ħafna iżjed komuni minn dawk faċli, mela tagħżilx lil martek jew żewġek skont l-apparenza biss.
Armel u mrabbab ma fiex xi ttellet.
In-nisa ma jkunux iridu rġiel romol li diġà jkollhom it-tfal.
Tifla ħudha minn dar ta’ nies jistgħu, u għalqa ħudha mingħand għażżien.
Dari ma kontx tiżżewweġ biss għall-imħabba iżda wkoll għad-dota tax-xebba - bl-istess mod, kien jaqbillek iżjed tikri għalqa li qatt ma tkun inħadmet.
Il-bews bħal-lewż, ma jxebbgħek qatt.
Il-bews irriduh il-ħin kollu.
Iż-żwieġ kaxxa magħluqa.
Ma tistax tkun taf minn qabel kemm se jirnexxi ż-żwieġ, bħal kaxxa magħluqa li ma tkunx taf x'fiha.
