Dak li jkun hemm f'qalb il-bniedem ikun rifless f'wiċċu.
Min iħobbok ikun irid jisolħok.
Meta l-volpi ma kienx jilħaq l-għeneb, qal li kien qares.
Min ma jkunx jista' jikseb xi ħaġa jmaqdarha.
Il-giddieb għomru qasir.
Min jigdeb ma jdumx ma jinqabad.
Aħrab il-gideb jekk trid tkun miġjub sew.
Tigdibx għax ma jirrispettawkx.
L-għadma tiddendel għall-għajn.
Hemm min jikkumplimentak f'wiċċek imbagħad imur jgħid kontrik ma' ħaddieħor. L-għajn tirreferi għall-għajn ħażina.
Mhux kull min ikanta hu ferħan.
Hemm min jidher ferħan iżda f'qalbu jkun imdejjaq.
Min irid iqarraq bik ħaġa b’oħra jurik żgur.
In-nies li jridu jqarrqu bik minn kollox jagħmlu biex jaslu fejn iridu.
Il-giddieb mhux emmnut.
Jekk tinqabad tigdeb, ħadd ma jibqa' jemmnek.
Mill-milja tal-qalb jitkellem il-fomm.
Min hu onest ma jibżax jesprimi ruħu, għax ikun qed jgħid il-verità.
Min jidħaq l-aħħar jidħaq l-aħjar.
Il-verità dwar min tassew kellu raġun jew suċċess toħroġ wara li jgħaddi ż-żmien, minkejja d-diffikultajiet tal-bidu.
Bassa daħqa u fiswa lewma.
Ħadd ma jkun irid jammetti meta l-ħati ma jkunx ovvju.
Mgħallem ħażin igerger mill-għodda.
Min ma jinqalax f'xogħlu jara fiex ser iwaħħal biex ma jidhirx ikrah.
Min jgħid is-sewwa wisq drabi jidħol ġewwa.
Min jgħid il-verità jispiċċa jiġi kkastigat u saħansitra jmur il-ħabs (= jidħol ġewwa).
Min jaħbi għommtu jifga fiha.
Min ma jiftaħx qalbu biex jaħbi d-dwejjaq li jkollu (= għommtu), ibati ħafna.
Is-sbuħija f’għajnejn min jara.
Is-sbuħija hija suġġettiva ħafna.
Illum min iqarraq u min jitqarraq.
M'għadx hawn onestà fid-dinja, kulħadd jara kif se jqarraq.
Mhux kull tbissima tislima.
Mhux kull min jitbissimlek jew jidħaqlek jixtieqlek il-ġid.
Il-giddieb għomru qasir.
Min jigdeb ma jdumx ma jinqabad.
Aħjar taf b’mitt għadu minn b’ħabib qarrieq.
L-għedewwa tiegħek taf min huma, iżda qatt ma tista' tkun taf meta l-ħbieb għad jittraduk.
Bniedem mingħajr onestà mżeblaħ.
Dak li ma jkunx onest ma jkollu r-rispett ta' ħadd.
Daqqa fuq għonq b’żewġt uċuħ tarmi żewġt irjus.
Min hu wiċċ b'ieħor xi darba jew oħra tasal tiegħu wkoll.