Bewsa mingħajr tgħanniqa donnha warda mingħajr fwieħa.Bewsa tkun tfisser iżjed meta tiġi b'tgħanniqa.
Iz-zakak jaqbeż u jitfarfar iżda l-ħmiem iżoqq u jgargar.Min ma jiżżewwiġx (= iz-zakak, tip ta' għasfur) jgħaddi ħajja sabiħa, u min jiżżewweġ (= il-ħmiem, tip ieħor ta' għasfur) għandu responsabbiltajiet u problemi biss.
Ix-xatba miftuħa, il-bejta magħluqa.Dari l-prostituti tal-Kottonera kienu jħallu x-xatba ta' darhom miftuħa biex juru li huma okkupati ma' klijent.