Il-ħajja miżżewġa tant hi diffiċli li jaqbillek ma tiżżewweġ xejn. Li ma jiltaqax tfisser li ma jsirx.
Aqra xortik u ara mħabbtek kemm ittik.
Fl-imħabba jaf tkun xortik tajba jew xortik ħażina.
Kategoriji: l-imħabba
Qwiel relatati
Għal ratal laħam ma jaqbilx tixtri baqra.
Fiż-żwieġ is-sitwazzjonijiet diffiċli huma ħafna iżjed komuni minn dawk faċli, mela tagħżilx lil martek jew żewġek skont l-apparenza biss.
Meta s-siġra tal-armla ma toħroġx qamla, għan-namur tkun reġgħet ħemla.
B'mod speċjali dari, meta armla ma kenitx tkun trid titgħabba bir-responsabbiltà li tgħajjex lil uliedha, kienet tfittex raġel ieħor biex jgħajjex hu lilha u lil uliedha. Qamla tfisser rimja f'dan il-kuntest, bħallikieku l-armla hija siġra li ma tridx tagħmel frott, u...
Bħal tal-ewwel la tiżra’ u lanqas tħawwel.
L-ewwel imħabba ta' ħajtek dejjem tkun l-iżjed speċjali.
Min fit-triq jiekol figolla lil żewġu jsib qalb il-folla.
Dari kienu jemmnu li jekk tiekol figolla fit-triq, issib l-imħabba ta' ħajtek.
Armla ta’ tletin tfittex raġel bħall-għamjin, armla ta’ ħamsin tagħżel mill-qalbenin.
Armla li tkun għadha żagħżugħa toqgħod inqas attenta minn armla aktar imdaħħla fiż-żmien meta tfittex raġel ieħor.
