La l-għoqda tasal fil-moxt, jew tinqata’ l-ħajta jew tinkiser is-sinna.Kull biċċa inkwiet teskala sat-tali punt li l-affarijiet ikollhom jew imorru f'ċerta direzzjoni jew f'oħra.
L-għali u l-maltemp jiġu bla ma tibgħat għalihom.L-inkwiet jiġi fuqek mingħajr ma tkun qed tistennieh.
Il-ħabs mimli bl-innoċenti u l-kannierja bil-kaġuni.Hemm min l-ewwel jaqla' l-inkwiet imbagħad jgħid li ma kienx tort tiegħu, bħal xi ħadd li jgħid li spiċċa l-ħabs bla ħtija imma li l-vittma tiegħu tkun spiċċat fil-kannierja (post fejn kien jintefa' l-għadam tal-mejtin).