Il-bniedem l-inkwiet joqtlu mhux ix-xogħol.Huwa l-inkwiet li jagħmel ħsara lill-bniedem, mhux ix-xogħol.
Jekk jista’ jkun eqred sal-irmied tal-kenur.Biex tneħħi biċċa inkwiet minn fuq moħħok, ara li ssolvi l-problema mill-qiegħ.
Id-dinja tilgħab magħha u tirbaħlek.Id-dinja fiha ħafna inkwiet u problemi li għalkemm nagħmlu li nistgħu niex niqfulhom, fl-aħħar mill-aħħar xorta nispiċċaw telliefa.
La kull hemm jhemm u la kull semm isemm.Il-problemi fil-ħajja huma sors ta' tagħlim. Hemm tfisser ħsara u jhemm huwa verb li jfisser tagħmel ħsara. Semm tfisser velenu u jsemm huwa verb li jfisser tivvelena. Mela mhux kull ħsara tagħmel ħsara u mhux kull velenu jivvelena.