La kull hemm jhemm u la kull semm isemm.Il-problemi fil-ħajja huma sors ta' tagħlim. Hemm tfisser ħsara u jhemm huwa verb li jfisser tagħmel ħsara. Semm tfisser velenu u jsemm huwa verb li jfisser tivvelena. Mela mhux kull ħsara tagħmel ħsara u mhux kull velenu jivvelena.
Il-bniedem l-inkwiet joqtlu mhux ix-xogħol.Huwa l-inkwiet li jagħmel ħsara lill-bniedem, mhux ix-xogħol.
Ħeles mill-miżieb u weħel fil-qattara.Ma ħelishiex: irnexxielu jegħleb biċċa inkwiet, biex issa reġa' sab inkwiet ieħor ma' wiċċu.
Għaddi ‘l bogħod minn min ikisser il-ħatab, miż-żebbiegħ u mill-bajjad.Jekk tmiss ma' ċertu tip ta' nies tispiċċa fl-inkwiet.