Li jonqos fil-qadd imur fiż-żaqq.Min m'għandux flus irid jagħżel bejn jixtri x'jiekol u jixtri x'jilbes.
Meta tuża l-ħajta, qis li tkun tidħol f’ras il-labra.Ara li tkun tiflaħ għall-ispiża li tkun dieħel fiha; b'mod ġenerali, ara li dak li tkun ser tagħmel tassew kapaċi għalih.
Il-flus isiru jew b’rebħa, jew b’xi wirta, jew b’xi sejba.Issir sinjur huwa diffiċli ħafna sakemm ma tirbaħx xi lotterija, tiritx lil xi ħadd jew issibx il-flus xi mkien.
Jekk tagħmel il-kont, il-borma ma ssajjarx.Ma tridx tagħti kas kemm tonfoq fl-ikel, għax jiswa ħafna flus.