La kull hemm jhemm u la kull semm isemm.Il-problemi fil-ħajja huma sors ta' tagħlim. Hemm tfisser ħsara u jhemm huwa verb li jfisser tagħmel ħsara. Semm tfisser velenu u jsemm huwa verb li jfisser tivvelena. Mela mhux kull ħsara tagħmel ħsara u mhux kull velenu jivvelena.
Jekk jista’ jkun eqred sal-irmied tal-kenur.Biex tneħħi biċċa inkwiet minn fuq moħħok, ara li ssolvi l-problema mill-qiegħ.
Id-dinja hekk imqassma: lil dan is-sliem, lil dak il-ħrieb u lilna l-hemm.Trid taċċetta li l-inkwiet parti mill-ħajja. Ħrieb tfisser inkwiet u hemm tfisser għawġ.
L-hemm jiġi bil-ħemel u jmur bl-uqija.L-inkwiet jitqabbel mal-mard, jiġi meta ma tkunx qed tistennieh u jdum biex jgħaddi. Ħemel tfisser tagħbija kbira. Uqija hija kejl tal-użin (ounce).