Id-demla tfaqqas id-dmiemel.Ftit inkwiet isir ħafna inkwiet jekk ma tiħux ħsieb. Demla (pl. dmiemel) tfisser ulċera.
La l-għoqda tasal fil-moxt, jew tinqata’ l-ħajta jew tinkiser is-sinna.Kull biċċa inkwiet teskala sat-tali punt li l-affarijiet ikollhom jew imorru f'ċerta direzzjoni jew f'oħra.