Ftit inkwiet isir ħafna inkwiet jekk ma tiħux ħsieb. Demla (pl. dmiemel) tfisser ulċera.
Jekk tara, u fejn tara, għajn ħażina tersaqx.
Għasfur li jħobb jiġġerra, jew għad jagħli jew jisferra.
L-inkwiet iġġibux b'idejk.
L-għali bigħu mhix tixtrih.
L-inkwiet żomm 'il bogħod minnu u mhux tistiednu b'idejk.
Ilma qiegħed la tqanqlux għax jinten.
L-inkwiet evitah, mhux tmur tfittxu.
B’mitt elf sena ħsieb ma tixtrix galletta.
L-inkwiet ma jwasslek imkien.
Fejn tara l-għajn ħażina terġax tmur.
Evita li tmur fejn diġà taf li ser issib l-inkwiet.
L-hemm jiġi bil-ħemel u jmur bl-uqija.
L-inkwiet jitqabbel mal-mard, jiġi meta ma tkunx qed tistennieh u jdum biex jgħaddi. Ħemel tfisser tagħbija kbira. Uqija hija kejl tal-użin (ounce).
Is-swied il-qalb qatel bosta nies.
L-inkwiet u d-dwejjaq kapaċi jkollhom effett ikrah ħafna fuq il-bniedem, li jista' saħansitra jwassal għall-mewt.
Kulħadd iħoss tiegħu.
Kulħadd l-inkwiet tiegħu jara, mhux tal-oħrajn.
B’mitt sena ħsieb ma traqqax geżwira.
Wettaq dak li tkun ippjanajt.
Kulma jkollok għall-inkwiet.
Kollox fil-ħajja joħloqlok l-inkwiet, tista' ma tara xejn.
Għasfur li jħobb jiġġerra, jew għad jagħli jew jisferra.
L-inkwiet iġġibux b'idejk.
Id-demla tfaqqas id-dmiemel.
Ftit inkwiet isir ħafna inkwiet jekk ma tiħux ħsieb. Demla (pl. dmiemel) tfisser ulċera.
Kulħadd iħoss tiegħu.
Kulħadd l-inkwiet tiegħu jara, mhux tal-oħrajn.
Meta niftakar fiex jien, ninsa kif kont.
Dak li qed jinkwetani bħalissa nessieni l-inkwiet kollu ta' qabel.
Fl-aħħar tal-mazzita ssib iż-żbiba.
Wara li kollox ikun mar sew, fl-aħħar naqra jinqala' l-inkwiet.
L-hemm jiġi bil-ħemel u jmur bl-uqija.
L-inkwiet jitqabbel mal-mard, jiġi meta ma tkunx qed tistennieh u jdum biex jgħaddi. Ħemel tfisser tagħbija kbira. Uqija hija kejl tal-użin (ounce).
L-għali u l-maltemp jiġu bla ma tibgħat għalihom.
L-inkwiet jiġi fuqek mingħajr ma tkun qed tistennieh.
B’mitt sena ħsieb ma traqqax geżwira.
Wettaq dak li tkun ippjanajt.
L-għali jkun imsiefer.
Qatt ma tobsor meta l-inkwiet jiġi fuqek.
Id-dinja kollha slaleb.
L-inkwiet parti mill-ħajja.