Jekk il-pest irid fils minnek, tnejn agħtih inkella jieħdok.Żomm 'il bogħod minn min iħobb jaqla' l-inkwiet. Pest hija l-marda tal-pesta u fils huwa tip ta' munita antika.
Min iħobb il-bajtar xitli ma jridx jibża’ mix-xewk; min iħobb mara miżżewġa ma jridx jibża’ minnha l-mewt.Min isir iħobb mara miżżewġa jidħol f'ħafna inkwiet u għandu jkun lest ibati l-konsegwenzi tal-għira ta' żewġha.
La kull hemm jhemm u la kull semm isemm.Il-problemi fil-ħajja huma sors ta' tagħlim. Hemm tfisser ħsara u jhemm huwa verb li jfisser tagħmel ħsara. Semm tfisser velenu u jsemm huwa verb li jfisser tivvelena. Mela mhux kull ħsara tagħmel ħsara u mhux kull velenu jivvelena.