L-hemm jiġi bil-ħemel u jmur bl-uqija.L-inkwiet jitqabbel mal-mard, jiġi meta ma tkunx qed tistennieh u jdum biex jgħaddi. Ħemel tfisser tagħbija kbira. Uqija hija kejl tal-użin (ounce).
Il-mistrieħ jitbiegħed u l-għali joqrob.Kulħadd ifittex li jgħix kuntent, iżda l-inkwiet ma jħalliniex bi kwietna.