Xi nies jaqilgħu l-inkwiet kull fejn imorru.
Kulma jkollok għall-inkwiet.
L-għali u l-maltemp jiġu bla ma tibgħat għalihom.
L-inkwiet jiġi fuqek mingħajr ma tkun qed tistennieh.
L-hemm jiġi bil-ħemel u jmur bl-uqija.
L-inkwiet jitqabbel mal-mard, jiġi meta ma tkunx qed tistennieh u jdum biex jgħaddi. Ħemel tfisser tagħbija kbira. Uqija hija kejl tal-użin (ounce).
Il-forsi raġel ħażin.
Id-dubji dejjem sors ta’ inkwiet.
Fl-aħħar tal-mazzita ssib il-qanċlita.
Wara li kollox ikun mar sew, fl-aħħar naqra jinqala' l-inkwiet.
Il-bniedem l-inkwiet joqtlu mhux ix-xogħol.
Huwa l-inkwiet li jagħmel ħsara lill-bniedem, mhux ix-xogħol.
Id-dinja hekk imqassma: lil dan is-sliem, lil dak il-ħrieb u lilna l-hemm.
Trid taċċetta li l-inkwiet parti mill-ħajja. Ħrieb tfisser inkwiet u hemm tfisser għawġ.
Imxi għal atar il-fenek u ssiblu l-bejta.
Biex issolvi problema darba għal dejjem, ara minn fejn hi ġejja. Atar huma t-traċċi.
Fejn tara l-għajn ħażina terġax tmur.
Evita li tmur fejn diġà taf li ser issib l-inkwiet.
Fl-aħħar tal-mazzita ssib il-qanċlita.
Wara li kollox ikun mar sew, fl-aħħar naqra jinqala' l-inkwiet.
Kulħadd iħoss tiegħu.
Kulħadd l-inkwiet tiegħu jara, mhux tal-oħrajn.
Meta niftakar fiex jien, ninsa kif kont.
Dak li qed jinkwetani bħalissa nessieni l-inkwiet kollu ta' qabel.
B’mitt elf sena ħsieb ma tixtrix galletta.
L-inkwiet ma jwasslek imkien.
Il-forsi raġel ħażin.
Id-dubji dejjem sors ta’ inkwiet.
Il-qaħba ruħha dejjem imsaħħba.
Il-prostituti jagħmlu xogħol li jwassal għall-inkwiet.
Il-bniedem l-inkwiet joqtlu mhux ix-xogħol.
Huwa l-inkwiet li jagħmel ħsara lill-bniedem, mhux ix-xogħol.
Għaddi ‘l bogħod minn min ikisser il-ħatab, miż-żebbiegħ u mill-bajjad.
Jekk tmiss ma' ċertu tip ta' nies tispiċċa fl-inkwiet.
Għasfur ġerrej fix-xibka jeħel qisu mhu xejn.
L-inkwiet iġġibux b'idejk.
L-għorab bi ħsieb oħrajn swied.
Ħu ħsieb l-inkwiet tiegħek u ħallik mill-inkwiet ta' ħaddieħor.
Ħeles mill-miżieb u weħel fil-qattara.
Ma ħelishiex: irnexxielu jegħleb biċċa inkwiet, biex issa reġa' sab inkwiet ieħor ma' wiċċu.
Id-demla tfaqqas id-dmiemel.
Ftit inkwiet isir ħafna inkwiet jekk ma tiħux ħsieb. Demla (pl. dmiemel) tfisser ulċera.