L-inkwiet iġġibux b'idejk.
Karta bil-ġmied iġġib il-ġlied.
Is-swied il-qalb qatel bosta nies.
L-inkwiet u d-dwejjaq kapaċi jkollhom effett ikrah ħafna fuq il-bniedem, li jista' saħansitra jwassal għall-mewt.
Ilma qiegħed la tqanqlux għax jinten.
L-inkwiet evitah, mhux tmur tfittxu.
L-għali bigħu mhix tixtrih.
L-inkwiet żomm 'il bogħod minnu u mhux tistiednu b'idejk.
Il-ħabs mimli bl-innoċenti u l-kannierja bil-kaġuni.
Hemm min l-ewwel jaqla' l-inkwiet imbagħad jgħid li ma kienx tort tiegħu, bħal xi ħadd li jgħid li spiċċa l-ħabs bla ħtija imma li l-vittma tiegħu tkun spiċċat fil-kannierja (post fejn kien jintefa' l-għadam tal-mejtin).
Il-mistrieħ jitbiegħed u l-għali joqrob.
Kulħadd ifittex li jgħix kuntent, iżda l-inkwiet ma jħalliniex bi kwietna.
Biex bniedem ma jkollux inkwiet f’ħajtu hemm bżonn li ma jitwelidx.
L-inkwiet parti mill-ħajja.
Id-dinja ta’ min jaf jeħodha.
Min jaf jieħu l-ħajja kif tiġi jkollu inqas inkwiet.
Ħadd ma jixħet in-nar ġo ħobbu.
Ħadd ma jġib l-inkwiet b'idejh stess.
Għasfur li jħobb jiġġerra, dur dur jinqabad.
L-inkwiet iġġibux b'idejk.
L-għali jkun imsiefer.
Qatt ma tobsor meta l-inkwiet jiġi fuqek.
La l-għoqda tasal fil-moxt, jew tinqata’ l-ħajta jew tinkiser is-sinna.
Kull biċċa inkwiet teskala sat-tali punt li l-affarijiet ikollhom jew imorru f'ċerta direzzjoni jew f'oħra.
Ħadd ma jixħet in-nar ġo ħobbu.
Ħadd ma jġib l-inkwiet b'idejh stess.
Biex bniedem ma jkollux inkwiet f’ħajtu hemm bżonn li ma jitwelidx.
L-inkwiet parti mill-ħajja.
B’mitt sena ħsieb ma traqqax geżwira.
Wettaq dak li tkun ippjanajt.
Ibża’ minn min hu battal.
Xi ħadd li ma jkollux x'jagħmel warrablu, għax malajr iġibek fl-inkwiet.
Blata mxebbgħa tnixxi.
Min ikun qed jinkwieta jasal punt fejn jiftaħ qalbu ma' xi ħadd.
B’mitt elf sena ħsieb ma tixtrix galletta.
L-inkwiet ma jwasslek imkien.
La l-għoqda tasal fil-moxt, jew tinqata’ l-ħajta jew tinkiser is-sinna.
Kull biċċa inkwiet teskala sat-tali punt li l-affarijiet ikollhom jew imorru f'ċerta direzzjoni jew f'oħra.
Il-qaħba ruħha dejjem imsaħħba.
Il-prostituti jagħmlu xogħol li jwassal għall-inkwiet.
Imxi għal atar il-fenek u ssiblu l-bejta.
Biex issolvi problema darba għal dejjem, ara minn fejn hi ġejja. Atar huma t-traċċi.