In-nies diżonesti kullimkien issibhom, anke min mingħalik mhux t’hekk.
kategorija
il-verità
Aħjar li ra b’għajnejh minn għaxra li semgħu bih.
Aħjar toqgħod fuq dak li tara b’għajnejk milli temmen dak li jgħidulek.
Aħrab il-gideb jekk trid tkun miġjub sew.
Tigdibx għax ma jirrispettawkx.
Ara b’għajnejk u tmissx b’idejk.
Titlobx iżjed provi meta diġà rajt b’għejnejk stess.
Bassa daħqa u fiswa ġlieda.
Ħadd ma jkun irid jammetti meta l-ħati ma jkunx ovvju.
Bassa daħqa u fiswa lewma.

Biex taqta’ l-għatx trid tmur f’ras il-għajn.
Saqsi direttament lil min kien involut f’xi ħaġa biex tkun taf il-verità.
Biex taqta’ sewwa trid tisma’ ż-żewġ naħiet.
Trid tisma’ lil kull min kien involut f’xi ħaġa biex tasal għall-konklużjoni t-tajba.
Biex tixrob l-ilma safi mur f’ras il-għajn.

Dak li jkun fil-qalb ikun fil-wiċċ.
Dak li jkun hemm f’qalb il-bniedem ikun rifless f’wiċċu.
Daqqa fuq għonq b’żewġt uċuħ tarmi żewġt irjus.
Min hu wiċċ b’ieħor xi darba jew oħra tasal tiegħu wkoll.
Għid dejjem is-sewwa.
Sabiħ li tgħid il-verità.
Id-duħħan sinjal li hemm in-nar.
Xi ftit verità jkun hemm fit-tqasqis tan-nies.
Il-bniedem isqih u staqsih.
Il-verità toħroġ mingħand min ikun xorob u siker.
Il-giddieb għomru qasir.
Min jigdeb ma jdumx ma jinqabad.
Il-giddieb ħalliel.
Min jasal biex jigdeb, jasal biex jisraq ukoll.
Il-giddieb irid ikollu rasu tajba.
Min jigdeb irid jiftakar dak li jkun qal biex ma jinqabadx.
Il-giddieb irid ikun egħref mill-kittieb.
Min jigdeb bil-fomm irid jagħmel skorz ikbar minn min ikun gideb bil-miktub biex jiftakar xi jkun qal u ma jinqabadx.
Il-giddieb jeħles mill-qattara u jeħel fil-miżieb.
Jekk ma tinqabadx f’gidba żgħira, żgur li tinqabad f’gidba kbira.
Il-giddieb malajr jinqabad.
Min jigdeb ma jdumx ma jinqabad.
Il-giddieb mhux emmnut.
Jekk tinqabad tigdeb, ħadd ma jibqa’ jemmnek.
Il-giddieb u ż-żibel kullimkien issibhom.
In-nies giddibin huma komuni u moqżieża daqs iż-żibel.
Il-kuruna fl-idejn tgħodd u mhux fil-but.
In-nies wiċċ b’ieħor li jilagħbuha tal-qaddisin warrbilhom. Kuruna tfisser kuruna tar-rużarju.
Il-qalb teħber.
Jiġu ċirkostanzi fejn inħossu x’ser jiġri.
Il-qasba ma ċċaqċaqx għalxejn.

Il-qniepen ma jdoqqux xorta.
Kulħadd għandu l-verżjoni tiegħu tal-istorja, jiġifieri tismax persuna waħda biss.
Is-sbuħija f’għajnejn min jara.
Is-sbuħija hija suġġettiva ħafna.
Is-sewwa agħraġ iżda jimxi ’l quddiem.
Il-verità ddum ma toħroġ iżda xi darba tasal ukoll, bħaz-zopp (= agħraġ) li jdum ma jasal fejn jixtieq.
Is-sewwa m’hemmx isbaħ minnu.
Dejjem kun onest u għid il-verità.
Iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma.
Il-verità dejjem toħroġ.
La ħarġet minn qalbi, ħarġet minn fommi.
Kun sinċier, għidha kif tħossha.
Min jobżoqha jkollu jilgħaqha.
Kulħadd huwa responsabbli ta’ dak li jgħid, veru jew mhux.
Meta l-qasba tagħmel ċaqq, jew maqsuma jew bix-xaqq.

Meta l-volpi ma kienx jilħaq l-għeneb, qal li kien qares.
Min ma jkunx jista’ jikseb xi ħaġa jmaqdarha.
Mgħallem ħażin igerger mill-għodda.
Min ma jinqalax f’xogħlu jara fiex ser iwaħħal biex ma jidhirx ikrah.
Mhux dak biss li joħroġ jisraq billejl jissejjaħ ħalliel.
Hemm diversi modi kif tisraq, fosthom billi tbigħ jew tagħti servizz bi prezzijiet qarrieqa.
Mhux kull min għandu snienu bojod jiekol il-ġobon.
L-apparenza tqarraq bik.
Mhux kull min ikanta hu ferħan.
Hemm min jidher ferħan iżda f’qalbu jkun imdejjaq.
Mhux kull min jagħti fuq sidru qaddis.
L-apparenza tqarraq bik; hemm min irid jidher qaddis iżda mhux.
Mhux kull tbissima tislima.
Mhux kull min jitbissimlek jew jidħaqlek jixtieqlek il-ġid.
Mhux kulma jleqq hu deheb.
L-apparenza tqarraq bik.
Mnejn toħroġ il-kelma toħroġ ir-ruħ.
Il-kliem li joħroġ mill-fomm għandu jkun veritier u onest.
Mill-milja tal-qalb jitkellem il-fomm.
Min hu onest ma jibżax jesprimi ruħu, għax ikun qed jgħid il-verità.
Oqgħod attent li ma jkollokx tilgħaq dak li tobżoq.

Min ifittex ’il ommu wisq isibha mara ħażina.
Min isaqsi ħafna mistoqsijiet u jsir jaf persuna jew sitwazzjoni aħjar, jinduna li hemm ħafna ikrah mas-sabiħ.
Min iħawwar il-borma jkun jaf x’fiha.
Min ikun direttament involut f’xi ħaġa jkun jaf sew x’ġara u ma ġarax.
Min iħobbok ikun irid jisolħok.
Qis li toqgħod attent minn min irid iqarraq bik billi jġiegħlek temmen li jħobbok.
Min irid iqarraq bik ħaġa b’oħra jurik żgur.
In-nies li jridu jqarrqu bik minn kollox jagħmlu biex jaslu fejn iridu.
Min jaħbi għommtu jmut biha.
Min ma jiftaħx qalbu biex jaħbi d-dwejjaq li jkollu (= għommtu), ibati ħafna.
Qatt temmen kulma tisma’.
In-nies jgħidu ħafna xorti u mhux kollux ikun veru.
Min jaħbi hemmu jifga f’demmu.
Min ma jiftaħx qalbu biex jaħbi d-dwejjaq li jkollu (= hemmu), ibati ħafna.
Min jgħawwed jgħawweġ.
Bil-gideb u t-tgħawwiġ tal-fatti, il-bniedem ħażin jagħmel il-ħażin u jerġa’ (= jgħawwed).
Min jgħid is-sewwa wisq drabi jidħol ġewwa.
Min jgħid il-verità jispiċċa jiġi kkastigat u saħansitra jmur il-ħabs (= jidħol ġewwa).
Min jidħaq l-aħħar jidħaq l-aħjar.
Il-verità dwar min tassew kellu raġun jew suċċess toħroġ wara li jgħaddi ż-żmien, minkejja d-diffikultajiet tal-bidu.
Min ma jiftaħx għajnejh, jifħuhomlu.
Min ma jarax il-verità minn jeddu, jaraha wara li xi ħadd ikun għaddieh biż-żmien.
Min tagħmlu baħar ikun għadira.
Hemm min taħsbu bravu ħafna jew għandu ħafna flus, iżda ma jkun veru xejn.
Qalb il-bniedem ħadd ma jaf x’fiha.
Qatt ma tista’ tkun taf eżattament xi jħoss f’qalbu ħaddieħor.
Qatt tbiddel iż-żgur mal-forsi.
L-elementi dubjużi qatt m’għandhom jiġu qabel il-fatti.
Qatt tisma’ qanpiena waħda.
Isma’ diversi perspettivi mingħand kulħadd, u mhux tagħti kas ta’ waħda biss.
Qatt tmieri s-sewwa magħruf.
Il-verità ma jgiddibha ħadd.
Rixiet sbieħ jagħmlu għasafar sbieħ.
Tħallix l-apparenza tqarraq bik, bl-istess mod li għasfur jagħmik bis-sbuħija tiegħu.
Tagħraxnix għax nidħaq.
Qed tipprova tgħaddini biż-żmien jew tqarraq bija, imma mhux ser jirnexxilek għax indunajt bik.
Torbotx fuq li tisma’, emmen fuq li tara.
Biex tasal għall-verità jeħtieġ li ma tagħtix kas ta’ li jgħidu n-nies u tgħarbel inti stess is-sitwazzjoni.
Xejn ma jkun li ma jinkixifx.
Il‑verità dejjem toħroġ.
kategorija
il-verità
Mhux dik li tikxef id-dublett biss tissejjaħ qaħba.

Il-qwiel kollha, f’post wieħed.