Mhux kull min jagħti fuq sidru qaddis.L-apparenza tqarraq bik; hemm min irid jidher qaddis iżda mhux.
L-għadu biex fietek biesek, u int biex tfutu aqleb fuqu.Min taf li jurik wiċċ b'ieħor, ilgħab il-logħba tiegħu u kompli miegħu. Il-verb fiet ifisser li tqarraq b'xi ħadd.
Min jidħaq l-aħħar jidħaq l-aħjar.Il-verità dwar min tassew kellu raġun jew suċċess toħroġ wara li jgħaddi ż-żmien, minkejja d-diffikultajiet tal-bidu.
Daqqa fuq għonq b’żewġt uċuħ tarmi żewġt irjus.Min hu wiċċ b'ieħor xi darba jew oħra tasal tiegħu wkoll.
Mhux dak biss li joħroġ jisraq billejl jissejjaħ ħalliel.Hemm diversi modi kif tisraq, fosthom billi tbigħ jew tagħti servizz bi prezzijiet qarrieqa.