L-għadma tiddendel għall-għajn.Hemm min jikkumplimentak f'wiċċek imbagħad imur jgħid kontrik ma' ħaddieħor. L-għajn tirreferi għall-għajn ħażina.
Aħjar taf b’mitt għadu minn b’ħabib qarrieq.L-għedewwa tiegħek taf min huma, iżda qatt ma tista' tkun taf meta l-ħbieb għad jittraduk.
Min jidħaq l-aħħar jidħaq l-aħjar.Il-verità dwar min tassew kellu raġun jew suċċess toħroġ wara li jgħaddi ż-żmien, minkejja d-diffikultajiet tal-bidu.