Dak li jkun hemm f'qalb il-bniedem ikun rifless f'wiċċu.
Mgħallem ħażin igerger mill-għodda.
Min ma jinqalax f'xogħlu jara fiex ser iwaħħal biex ma jidhirx ikrah.
Kategoriji: il-karattru | il-verità | is-snajja' | l-onestà
Qwiel relatati
Mill-milja tal-qalb jitkellem il-fomm.
Min hu onest ma jibżax jesprimi ruħu, għax ikun qed jgħid il-verità.
L-għadu biex fietek biesek, u int biex tfutu aqleb fuqu.
Min taf li jurik wiċċ b'ieħor, ilgħab il-logħba tiegħu u kompli miegħu. Il-verb fiet ifisser li tqarraq b'xi ħadd.
Min għandu sebgħu dritt minn xejn ma jibża’.
Min hu onest u ġust m'għandu għalfejn jibża' minn ħadd u minn xejn.
Il-giddieb irid ikun egħref mill-kittieb.
Min jigdeb bil-fomm irid jagħmel skorz ikbar minn min ikun gideb bil-miktub biex jiftakar xi jkun qal u ma jinqabadx.
Min jaħbi għommtu jifga fiha.
Min ma jiftaħx qalbu biex jaħbi d-dwejjaq li jkollu (= għommtu), ibati ħafna.
