Meta l-volpi ma kienx jilħaq l-għeneb, qal li kien qares.Min ma jkunx jista' jikseb xi ħaġa jmaqdarha.
Mgħallem ħażin igerger mill-għodda.Min ma jinqalax f'xogħlu jara fiex ser iwaħħal biex ma jidhirx ikrah.
Min jaħbi hemmu jifga f’demmu.Min ma jiftaħx qalbu biex jaħbi d-dwejjaq li jkollu (= hemmu), ibati ħafna.