Min jasal biex jigdeb, jasal biex jisraq ukoll.
Il-giddieb irid ikun egħref mill-kittieb.
Aħjar li ra b’għajnejh minn għaxra li semgħu bih.
Aħjar toqgħod fuq dak li tara b'għajnejk milli temmen dak li jgħidulek.
Meta l-qasba tagħmel ċaqq, jew maqsuma jew bix-xaqq.
Xi ftit verità jkun hemm fit-tqasqis tan-nies.
Biex taqta’ sewwa trid tisma’ ż-żewġ naħiet.
Trid tisma' lil kull min kien involut f'xi ħaġa biex tasal għall-konklużjoni t-tajba.
Dak li jkun fil-qalb ikun fil-wiċċ.
Dak li jkun hemm f'qalb il-bniedem ikun rifless f'wiċċu.
L-għadma tiddendel għall-għajn.
Hemm min jikkumplimentak f'wiċċek imbagħad imur jgħid kontrik ma' ħaddieħor. L-għajn tirreferi għall-għajn ħażina.
Ibża’ minn min iżomm il-kuruna twila.
In-nies ipokriti warrbilhom. Kuruna tfisser kuruna tar-rużarju, li żżommha twila biex kulħadd jaraha.
Mhux kull min għandu snienu bojod jiekol il-ġobon.
L-apparenza tqarraq bik.
Daqqa fuq għonq b’żewġt uċuħ tarmi żewġt irjus.
Min hu wiċċ b'ieħor xi darba jew oħra tasal tiegħu wkoll.
Il-giddieb malajr jinqabad.
Min jigdeb ma jdumx ma jinqabad.
Il-bniedem isqih u staqsih.
Il-verità toħroġ mingħand min ikun xorob u siker.
Mhux kull min jagħti fuq sidru qaddis.
L-apparenza tqarraq bik; hemm min irid jidher qaddis iżda mhux.
Bniedem mingħajr onestà mżeblaħ.
Dak li ma jkunx onest ma jkollu r-rispett ta' ħadd.
Is-sewwa agħraġ iżda jimxi ‘l quddiem.
Il-verità ddum ma toħroġ iżda xi darba tasal ukoll, bħaz-zopp (= agħraġ) li jdum ma jasal fejn jixtieq.
Il-giddieb mhux emmnut.
Jekk tinqabad tigdeb, ħadd ma jibqa' jemmnek.
Il-qniepen ma jdoqqux xorta.
Kulħadd għandu l-verżjoni tiegħu tal-istorja, jiġifieri tismax persuna waħda biss.
L-għadma tiddendel għall-għajn.
Hemm min jikkumplimentak f'wiċċek imbagħad imur jgħid kontrik ma' ħaddieħor. L-għajn tirreferi għall-għajn ħażina.
Il-kuruna fl-idejn tgħodd u mhux fil-but.
In-nies wiċċ b’ieħor li jilagħbuha tal-qaddisin warrbilhom. Kuruna tfisser kuruna tar-rużarju.
Mhux kull min jagħti fuq sidru qaddis.
L-apparenza tqarraq bik; hemm min irid jidher qaddis iżda mhux.
Bniedem mingħajr onestà mżeblaħ.
Dak li ma jkunx onest ma jkollu r-rispett ta' ħadd.
Il-qalb teħber.
Jiġu ċirkostanzi fejn inħossu x'ser jiġri.