Min jgħawwed jgħawweġ.Bil-gideb u t-tgħawwiġ tal-fatti, il-bniedem ħażin jagħmel il-ħażin u jerġa' (= jgħawwed).
Min irid iqarraq bik ħaġa b’oħra jurik żgur.In-nies li jridu jqarrqu bik minn kollox jagħmlu biex jaslu fejn iridu.
Min jaħbi għommtu jifga fiha.Min ma jiftaħx qalbu biex jaħbi d-dwejjaq li jkollu (= għommtu), ibati ħafna.
Biex taqta’ sewwa trid tisma’ ż-żewġ naħiet.Trid tisma' lil kull min kien involut f'xi ħaġa biex tasal għall-konklużjoni t-tajba.