Is-sewwa agħraġ iżda jimxi ‘l quddiem.Il-verità ddum ma toħroġ iżda xi darba tasal ukoll, bħaz-zopp (= agħraġ) li jdum ma jasal fejn jixtieq.
Min jaħbi hemmu jifga f’demmu.Min ma jiftaħx qalbu biex jaħbi d-dwejjaq li jkollu (= hemmu), ibati ħafna.
Aħjar ikollok mitt għadu li taf bih minn ħabib falz.Mal-għadu tiegħek taf fejn inti imma mal-ħbieb ipokriti le.
Il-kuruna fl-idejn tgħodd u mhux fil-but.In-nies wiċċ b’ieħor li jilagħbuha tal-qaddisin warrbilhom. Kuruna tfisser kuruna tar-rużarju.