Min hu wiċċ b'ieħor xi darba jew oħra tasal tiegħu wkoll.
Qwiel relatati
Aħrab il-gideb jekk trid tkun miġjub sew.
Tigdibx għax ma jirrispettawkx.
Id-duħħan sinjal li hemm in-nar.
Xi ftit verità jkun hemm fit-tqasqis tan-nies.
Min jgħawwed jgħawweġ.
Bil-gideb u t-tgħawwiġ tal-fatti, il-bniedem ħażin jagħmel il-ħażin u jerġa' (= jgħawwed).
Il-qasba ma ċċaqċaqx għalxejn.
Xi ftit verità jkun hemm fit-tqasqis tan-nies.
Min iħawwar il-borma jkun jaf x’fiha.
Min ikun direttament involut f'xi ħaġa jkun jaf sew x'ġara u ma ġarax.
