Xi ftit verità jkun hemm fit-tqasqis tan-nies.
Mhux dak biss li joħroġ jisraq billejl jissejjaħ ħalliel.
Hemm diversi modi kif tisraq, fosthom billi tbigħ jew tagħti servizz bi prezzijiet qarrieqa.
Mill-milja tal-qalb jitkellem il-fomm.
Min hu onest ma jibżax jesprimi ruħu, għax ikun qed jgħid il-verità.
Ħadd m’għandu suf f’qiegħ idu.
L-integrità u l-onestà saru tassew rari llum il-ġurnata.
Id-duħħan sinjal li hemm in-nar.
Xi ftit verità jkun hemm fit-tqasqis tan-nies.
Bassa daħqa u fiswa ġlieda.
Ħadd ma jkun irid jammetti meta l-ħati ma jkunx ovvju.
Aħjar taf b’mitt għadu minn b’ħabib qarrieq.
L-għedewwa tiegħek taf min huma, iżda qatt ma tista' tkun taf meta l-ħbieb għad jittraduk.
Il-giddieb mhux emmnut.
Jekk tinqabad tigdeb, ħadd ma jibqa' jemmnek.
Is-sbuħija f’għajnejn min jara.
Is-sbuħija hija suġġettiva ħafna.
Min iħobbok ikun irid jisolħok.
Qis li toqgħod attent minn min irid iqarraq bik billi jġiegħlek temmen li jħobbok.
Iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma.
Il-verità dejjem toħroġ.
La ħarġet minn qalbi, ħarġet minn fommi.
Kun sinċier, għidha kif tħossha.
Meta l-qasba tagħmel ċaqq, jew maqsuma jew bix-xaqq.
Xi ftit verità jkun hemm fit-tqasqis tan-nies.
L-għadma tiddendel għall-għajn.
Hemm min jikkumplimentak f'wiċċek imbagħad imur jgħid kontrik ma' ħaddieħor. L-għajn tirreferi għall-għajn ħażina.
Min għandu sebgħu dritt minn xejn ma jibża’.
Min hu onest u ġust m'għandu għalfejn jibża' minn ħadd u minn xejn.
Il-qalb teħber.
Jiġu ċirkostanzi fejn inħossu x'ser jiġri.
Il-qasba ma ċċaqċaqx għalxejn.
Xi ftit verità jkun hemm fit-tqasqis tan-nies.
Il-giddieb mhux emmnut.
Jekk tinqabad tigdeb, ħadd ma jibqa' jemmnek.
Il-giddieb ħalliel.
Min jasal biex jigdeb, jasal biex jisraq ukoll.
Min jgħid is-sewwa wisq drabi jidħol ġewwa.
Min jgħid il-verità jispiċċa jiġi kkastigat u saħansitra jmur il-ħabs (= jidħol ġewwa).
L-għadu biex fietek biesek, u int biex tfutu aqleb fuqu.
Min taf li jurik wiċċ b'ieħor, ilgħab il-logħba tiegħu u kompli miegħu. Il-verb fiet ifisser li tqarraq b'xi ħadd.