L-apparenza tqarraq bik.
Il-giddieb malajr jinqabad.
Min jaħbi hemmu jifga f’demmu.
Min ma jiftaħx qalbu biex jaħbi d-dwejjaq li jkollu (= hemmu), ibati ħafna.
Meta l-qasba tagħmel ċaqq, jew maqsuma jew bix-xaqq.
Xi ftit verità jkun hemm fit-tqasqis tan-nies.
Mhux dak biss li joħroġ jisraq billejl jissejjaħ ħalliel.
Hemm diversi modi kif tisraq, fosthom billi tbigħ jew tagħti servizz bi prezzijiet qarrieqa.
Daqqa fuq għonq b’żewġt uċuħ tarmi żewġt irjus.
Min hu wiċċ b'ieħor xi darba jew oħra tasal tiegħu wkoll.
L-għadu biex fietek biesek, u int biex tfutu aqleb fuqu.
Min taf li jurik wiċċ b'ieħor, ilgħab il-logħba tiegħu u kompli miegħu. Il-verb fiet ifisser li tqarraq b'xi ħadd.
Iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma.
Il-verità dejjem toħroġ.
Bassa daħqa u fiswa ġlieda.
Ħadd ma jkun irid jammetti meta l-ħati ma jkunx ovvju.
Is-sewwa agħraġ iżda jimxi ‘l quddiem.
Il-verità ddum ma toħroġ iżda xi darba tasal ukoll, bħaz-zopp (= agħraġ) li jdum ma jasal fejn jixtieq.
Dak li jkun fil-qalb ikun fil-wiċċ.
Dak li jkun hemm f'qalb il-bniedem ikun rifless f'wiċċu.
Is-sbuħija f’għajnejn min jara.
Is-sbuħija hija suġġettiva ħafna.
Is-sewwa m’hemmx isbaħ minnu.
Dejjem kun onest u għid il-verità.
Biex tixrob l-ilma safi mur f’ras il-għajn.
Saqsi direttament lil min kien involut f'xi ħaġa biex tkun taf il-verità.
Min iħobbok ikun irid jisolħok.
Qis li toqgħod attent minn min irid iqarraq bik billi jġiegħlek temmen li jħobbok.
Il-giddieb irid ikollu rasu tajba.
Min jigdeb irid jiftakar dak li jkun qal biex ma jinqabadx.
L-għadma tiddendel għall-għajn.
Hemm min jikkumplimentak f'wiċċek imbagħad imur jgħid kontrik ma' ħaddieħor. L-għajn tirreferi għall-għajn ħażina.
Mhux kulma jleqq du deheb.
L-apparenza tqarraq bik.
Illum min iqarraq u min jitqarraq.
M'għadx hawn onestà fid-dinja, kulħadd jara kif se jqarraq.
Daqqa fuq għonq b’żewġt uċuħ tarmi żewġt irjus.
Min hu wiċċ b'ieħor xi darba jew oħra tasal tiegħu wkoll.
Biex tixrob l-ilma safi mur f’ras il-għajn.
Saqsi direttament lil min kien involut f'xi ħaġa biex tkun taf il-verità.
Id-duħħan sinjal li hemm in-nar.
Xi ftit verità jkun hemm fit-tqasqis tan-nies.