Id-destin ma tistax taħrab minnu.
Għada ħadd ma rah.
Gawdi l-ħajja llum għax fil-futur ma tafx x'hemm jistenniek.
Kategoriji: il-ħajja
Qwiel relatati
Il-mejjet joħroġ u s-sabar jidħol.
Wara mewtek, ħaddieħor jibda jinsiek bil-mod il-mod.
Meta l-fellus jonqob qabel iż-żmien, ħajtu ma fihiex tmiem.
Meta l-fellus ifaqqas (= jonqob) qabel iż-żmien, ħajtu ma tkunx twila. Qawl li jgħodd ukoll għat-trabi ta' dari.
Il-mewt ma tarax, għalhekk ma tinsatarx.
Kulħadd indaqs f’għajnejn il-mewt.
Dejjem inaża u qatt ma jmut.
Xiħ u marid, safrattant għadu ħaj. Inaża tfisser muġugħ.
Jgħix tajjeb min irid imut tajjeb.
Min jgħix ħajja tajba jmut fil-paċi.
