Jekk il-mara tkun bieżla daqs nemla u r-raġel ikun għaqli daqs naħla, il-familja tkampa sew.
Kull andar għandu l-karfa tiegħu.
Kull familja għandha xi membru li jwaqqgħalha wiċċha l-art. L-andar huwa l-qiegħa għad-dris u l-karfa tkun bla valur.
Kategoriji: il-biedja | il-familja
Qwiel relatati
Il-fsied iħassar l-ulied.
It-tfal imfissdin jaħsbu fihom infushom biss.
Tifel imhejjem ftit tieħu minnu.
It-tfal imfissdin jaħsbu fihom infushom biss.
Tifel li jħobb jittarraf stennieh jiġġarraf.
It-tfal li ma jibżgħux mill-periklu xi darba jweġġgħu.
Barrani jgħallik, ġewwieni jixwik.
Aktar faċli taħfer lil xi ħadd tal-familja minn xi ħadd barrani.
Min ma jġibx rispett lil demmu jiġih hemm akbar minn hemmu.
Jekk ma ġġibx rispett lill-membri ta' familtek, uliedek jieħdu l-eżempju u jagħmlu l-istess miegħek.
