L-ulied dejjem jibqgħu f'qalb il-ġenituri tagħhom, anke meta joħorġu mid-dar.
Min ma jibżax għall-fergħa lanqas għas-siġra ma jibża’.
Min ma jagħtix kas tal-edukazzjoni ta' wliedu, ma jagħtix kas tal-futur tagħhom.
Kategoriji: il-familja | it-tfal
Qwiel relatati
Kulħadd daru jfittex.
Il-paċi u l-kumdità ta' darek ma ssibhom imkien ieħor.
F’dar in-nies la tiftaħ bieb u la taqra ktieb.
F'dar ħaddieħor ma tistax taqbad u tagħmel li trid.
Il-qabla tgħajjat u l-muluda siekta.
Kollox ta' taħt fuq, bħall-omm li qed tiled (= il-muluda) li minflok tgħajjat bl-uġigħ tibqa' siekta u l-qabla (= il-majjistra) li minflok iżżomm il-kalma taqbad tgħajjat.
Il-familja dejjem trid.
Biex trabbi familja spejjeż kbar.
Ara bint min hi u ngħidlek min hi.
It-tfal jitilgħu skont it-trobbija tagħhom.
