Min jitma f’ħutu la flus fil-kexxun u lanqas f’butu.Min jafda wisq f'ħutu jispiċċa b'xejn għax kollox jeħdulu.
Fost l-aħwa min bil-palju u min ikarkar ix-xatba.L-aħwa kollha għandhom karattru differenti u kollha jsibu triq differenti.
Min għandu l-bniet jistħi jkollu l-klieb.Il-bniet jitilfu rashom wara xi ġuvni u jinsew lil missierhom; wara kollox, il-klieb ikunu iżjed leali lejh minnhom!