Kollox ta' taħt fuq, bħall-omm li qed tiled (= il-muluda) li minflok tgħajjat bl-uġigħ tikkalma u l-qabla (= il-majjistra) li minflok iżżomm il-kalma taqbad tistressja (= ħterqet).
Min jitlef lil ommu jirbaħ l-għera, min jitlef lil missieru jirbaħ il-ġuħ.
Biex trabbi tajjeb ibża’ dejjem.
Fit-trobbija tat-tfal trid tkun moħħok hemm sabiex jitilgħu sew.
It-tfal bħall-flieles, inaqqru dejjem.
Tfal f'saħħithom jiftħu l-aptit u jieklu l-ħin kollu.
Min għandu l-ulied għandu l-hena bil-wied.
Min ikollu t-tfal ikollu ħafna ferħ.
Bin it-tifla tilqgħu f’ħiġrek u bin it-tifel tagħtih b’riġlek.
Xi nanniet juru preferenzi bejn in-neputijiet.
It-tfal jiġbru d-dar.
It-tfal jimlew id-dar.
Kull andar għandu l-karfa tiegħu.
Kull familja għandha xi membru li jwaqqgħalha wiċċha l-art. L-andar huwa l-qiegħa għad-dris u l-karfa tkun bla valur.
Meta t-tarbija tibda tħuf, isserraħ ‘l ommha mill-ġuf.
Meta t-tarbija tibda tiċċaqlaq ħafna, dan ifisser li l-omm ma tkunx 'il bogħod milli tiled.
Dari dari u darek darek; mieli mieli u mielek mielek.
Kulħadd jieħu ħsieb dak li hu tiegħu u għandu jagħmel l-istess b'ta' ħaddieħor.
Il-labra fiha l-ġabra.
Dari min kien jaf iħit kellu xorti, għax kien ilibbes il-familja mingħajr ma jonfoq ħafna flus.
Meta t-tarbija tibda tħuf, isserraħ ‘l ommha mill-ġuf.
Meta t-tarbija tibda tiċċaqlaq ħafna, dan ifisser li l-omm ma tkunx 'il bogħod milli tiled.
Ħadd ma joqgħod ma’ ħadd.
Kulħadd daru jfittex.
Il-qurdien fi xfar għajnejn ommu jidher għażżiel.
Il-ġenituri dejjem jaraw lil uliedhom bħala aħjar u isbaħ minn ulied ħaddieħor.
It-tfal tħalltek ma’ min ma tixtieqx.
M'għandekx kontroll fuq min jiżżewġu wliedek - jaf ikollok titħallat ma' familja li ma ddoqqlokx.
L-omm il-madmad tal-ulied.
Hija l-omm li tidderieġi lil uliedha.
Kull andar għandu l-karfa tiegħu.
Kull familja għandha xi membru li jwaqqgħalha wiċċha l-art. L-andar huwa l-qiegħa għad-dris u l-karfa tkun bla valur.
Kull għasfur għandu l-bejta tiegħu.
Kulħadd ifittex lil daru u jaraha sabiħa.
It-tfal ħobbhom u turihomx.
Id-dixxiplina turi mħabba għat-tfal.
Dar ġdida ikriha lill-għadu tiegħek.
Trid ħafna flus biex timla dar ġdida.
In-nemla mara bieżla u n-naħla raġel għaqli.
Jekk il-mara tkun bieżla daqs nemla u r-raġel ikun għaqli daqs naħla, il-familja tkampa sew.
Il-fsied iħassar l-ulied.
It-tfal imfissdin jaħsbu fihom infushom biss.