Li kont ħabbejtni, kieku mill-bajda raddajtni.Jeħtieġ li t-tfal tikkoreġihom minn ċkunithom. F’dan il-qawl, il-ħalliel adult qed iċanfar lil wieħed mill-ġenituri tiegħu talli m’għamilx dan. Raddajtni tfisser begħidtni.
Fuq il-binnija tidden is-sriedeq; kull ma tagħmel turix lil uliedek.L-affarijiet u l-kwistjonijiet ta' bejn il-ġenituri m'għandhomx isiru jafu bihom it-tfal. Il-binnija hija bejta tat-tiġieġa.
Il-fula bint il-miżwed u r-razza tiġbed.L-ulied dejjem joħorġu jixbhu lill-ġenituri tagħhom, kemm mid-dehra kif ukoll mill-karattru.
Li l-imdanna tħobb il-kenna, kien l-infern jinbidel f’ġenna.Il-kunjata (l-imdanna) u l-kenna (mart binha) ma jinħamlux.