Kulħadd għandu raġuni għaliex jilmenta.
Min ma jitkellimx ommu qaħba.
Min jaf li għandu tort jew għandu x'jaħbi ma jgħid xejn biex ma jinkixifx.
Kategoriji: il-familja | il-ħażin | l-omm
Qwiel relatati
Min jirteħa jittieħed.
Min hu bla direzzjoni morali, jispiċċa jinġarr mill-ħażin.
Il-ħmira żejda tħassar l-għaġina.
Iż-żejjed ma jagħmilx ġid.
Id-dinja raddiena, daqqa minn fuq int u daqqa minn fuq jiena.
Mhux dejjem inkunu xortina tajba, iżda mhux dejjem inkunu xortina ħażina.
Is-sabiħ maħbub bla ma jaf, l-ikrah mibgħud bla ma jaħti.
Wiċċ sabiħ jattirak inkonxjament, mentri wiċċ ikrah jimbuttak anke jekk forsi l-persuna jkollha karattru sabiħ.
Agħtini xortija u itfagħni l-baħar.
Meta xi ħadd ikun xortih tajba, anke fil-ħażin ma jbatix daqshekk.
