L-omm minn kollox lesta tagħmel għal uliedha.
Il-barrani jaħlik imma l-ġewwieni jisbik.
Il-barranin jeħdulek saħħtek imma tal-familja jeħduhielek ħafna iżjed għax tħossok obbligat. Jisbik tfisser iġibek skjav.
Kategoriji: id-dar | il-familja
Qwiel relatati
Id-dar kollox jixtamba, sal-irmied tal-kenur.
M'għandekx tarmi bl-addoċċ għax forsi tiġi bżonnu fil-futur. Jixtamba tfisser li huwa bżonjuż.
F’daru kulħadd sultan.
F'darek għandek id-dritt tkun komdu bla ndħil.
Fuq il-binnija tidden is-sriedeq; kull ma tagħmel turix lil uliedek.
L-affarijiet u l-kwistjonijiet ta' bejn il-ġenituri m'għandhomx isiru jafu bihom it-tfal. Il-binnija hija bejta tat-tiġieġa.
Kull min itewwem fil-ħelsien idewwem.
Il-ħlas ta' mara li jkollha tewmin idum. Itewwem tfisser ikollu tewmin.
Iż-żgħar ħobż u xuwa, il-kbar ħobż u duwa.
Meta jkollok it-tfal, ikollok isseffaq wiċċek mal-problemi tagħhom ħajtek kollha. Xuwa hija xi ħaġa pjaċevoli u duwa hija mediċina.
