Min jgħid il-verità jispiċċa jiġi kkastigat u saħansitra jmur il-ħabs (= jidħol ġewwa).
Aħjar taf b’mitt għadu minn b’ħabib qarrieq.
Meta l-qasba tagħmel ċaqq, jew maqsuma jew bix-xaqq.
Xi ftit verità jkun hemm fit-tqasqis tan-nies.
Biex taqta’ sewwa trid tisma’ ż-żewġ naħiet.
Trid tisma' lil kull min kien involut f'xi ħaġa biex tasal għall-konklużjoni t-tajba.
Mgħallem ħażin igerger mill-għodda.
Min ma jinqalax f'xogħlu jara fiex ser iwaħħal biex ma jidhirx ikrah.
Mhux kulma jleqq du deheb.
L-apparenza tqarraq bik.
Ħadd m’għandu suf f’qiegħ idu.
L-integrità u l-onestà saru tassew rari llum il-ġurnata.
Bassa daħqa u fiswa lewma.
Ħadd ma jkun irid jammetti meta l-ħati ma jkunx ovvju.
Aħjar ikollok mitt għadu li taf bih minn ħabib falz.
Mal-għadu tiegħek taf fejn inti imma mal-ħbieb ipokriti le.
Dak li jkun fil-qalb ikun fil-wiċċ.
Dak li jkun hemm f'qalb il-bniedem ikun rifless f'wiċċu.
Daqqa fuq għonq b’żewġt uċuħ tarmi żewġt irjus.
Min hu wiċċ b'ieħor xi darba jew oħra tasal tiegħu wkoll.
Bniedem mingħajr onestà mżeblaħ.
Dak li ma jkunx onest ma jkollu r-rispett ta' ħadd.
Aħrab il-gideb jekk trid tkun miġjub sew.
Tigdibx għax ma jirrispettawkx.
Il-giddieb ħalliel.
Min jasal biex jigdeb, jasal biex jisraq ukoll.
Aħjar li ra b’għajnejh minn għaxra li semgħu bih.
Aħjar toqgħod fuq dak li tara b'għajnejk milli temmen dak li jgħidulek.
Biex taqta’ l-għatx trid tmur f’ras il-għajn.
Saqsi direttament lil min kien involut f'xi ħaġa biex tkun taf il-verità.
Bassa daħqa u fiswa lewma.
Ħadd ma jkun irid jammetti meta l-ħati ma jkunx ovvju.
Bniedem tal-ġieħ miġjub minn kulħadd.
Bniedem onest ikollu r-rispett ta' kulħadd.
Mhux kull tbissima tislima.
Mhux kull min jitbissimlek jew jidħaqlek jixtieqlek il-ġid.
Il-bniedem isqih u staqsih.
Il-verità toħroġ mingħand min ikun xorob u siker.
La ħarġet minn qalbi, ħarġet minn fommi.
Kun sinċier, għidha kif tħossha.
Bassa daħqa u fiswa ġlieda.
Ħadd ma jkun irid jammetti meta l-ħati ma jkunx ovvju.