Biex tixrob l-ilma safi mur f’ras il-għajn.Saqsi direttament lil min kien involut f'xi ħaġa biex tkun taf il-verità.
L-għadu biex fietek biesek, u int biex tfutu aqleb fuqu.Min taf li jurik wiċċ b'ieħor, ilgħab il-logħba tiegħu u kompli miegħu. Il-verb fiet ifisser li tqarraq b'xi ħadd.
Is-sewwa agħraġ iżda jimxi ‘l quddiem.Il-verità ddum ma toħroġ iżda xi darba tasal ukoll, bħaz-zopp (= agħraġ) li jdum ma jasal fejn jixtieq.