In-nisa romol ikunu diġà għaddew minn ħafna tbatija u ma tkunx faċli għalihom li jerġgħu jiżżewġu.
Qwiel relatati
Min ma jafx idoqq iż-żnied ma jiswiex għaż-żwieġ.
Dari raġel kien jeħtieġlu jkun jaf juża xkubetta (= idoqq iż-żnied) biex jiddefendi lil pajjiżu mill-għadu u juri kemm hu qalbieni; jekk le, lanqas għaż-żwieġ ma kien jitqies tajjeb.
Għal ratal laħam ma jaqbilx tixtri baqra.
Fiż-żwieġ is-sitwazzjonijiet diffiċli huma ħafna iżjed komuni minn dawk faċli, mela tagħżilx lil martek jew żewġek skont l-apparenza biss.
Min għandu l-bniet jeħtieġ l-utied.
Dari min kellu l-bniet kien ikollu jaħsbilhom għad-dota. Utied huma tip ta' msiemer tal-injam biex iddendel il-ħwejjeġ magħhom.
Iż-żwieġ rabta bl-ilsien li ma tinħallx bis-snien.
Ir-rabta taż-żwieġ tinħall biss bil-mewt.
Ħu raġel ikbar minnek u mhux żagħżugħ jixba’ minnek.
Sib raġel li jkun ikbar minnek fl-età għax jibqa' jridek.
