Fiż-żwieġ is-sitwazzjonijiet diffiċli huma ħafna iżjed komuni minn dawk faċli, mela tagħżilx lil martek jew żewġek skont l-apparenza biss.
Qwiel relatati
Ċanfira li tidher aħjar mill-imħabba moħbija.
Min tassew iħobbok, iċanfrek għall-ġid tiegħek.
Il-passjoni l-bniedem iġġennu.
L-imħabba ġġiegħlek titlef kull sens ta' raġuni.
Meta l-faqar jidħol mit-tieqa, l-imħabba toħroġ mill-bieb.
Il-faqar huwa sors ta' xkiel għall-imħabba.
L-imħabba tal-ingarżament tegħleb lil tas-sagrament.
L-adulterju xorta jsir, minkejja l-għoti tal-wegħdiet taż-żwieġ fuq l-altar.
Min ifittex il-ġhież ifittex l-uġigħ.
Id-dota (il-ġhież) hija simbolu tal-tbatijiet kollha li jġib miegħu ż-żwieġ.
