qawl.mt

QWIEL MALTIN

kategorija

ix-xita

Li ġġorr in-nemla tieklu l-ħemla.

Inti taħdem u tistinka biex tfaddal, u ħaddieħor iberbaqlek kollox. Il‑ħemla huwa dak kollu li jġorr miegħu l‑ilma meta tagħmel ħafna xita.

Jew issensel jew ixxenxel.

Meta ma tagħmilx xita l-uċuħ tar-raba’ jinxfu kollha (= f’sensiela), u meta tagħmel ix-xita jkunu għammiela ħafna (= ixenxlu, jagħmlu l-għeruq).

La tibtell l-għetejba toħla l-ilbieba.

Malli tagħmel l-ewwel xita wara sajf twil, jibda jaqleb it-temp u l-ikel jibda jiġina itjeb. Tibtell l-għetejba tfisser li tixxarrab l-għatba tal-bieb, u l-ilbieba hija l-biċċa r-ratba tal-ħobż.

Ibża’ mis-sokor ta’ Marzu.

L-uċuħ tar-raba’ ssirilhom ħafna ħsara meta tagħmel ħafna xita f’Marzu. Sokor tirreferi għall-art, bħallikieku fis-sakra bl-ilma kollu li tkun xorbot.

Titlobx xita f’Jannar għax jagħmillek is-silġ.

Ix-xita veru li żmienha f’Jannar, iżda jista’ jagħmel iżjed minn hekk u jagħmel is-silġ. Bl-istess mod, m’għandekx titlob wisq għal xi ħaġa, għax mhux talli sseħħ, talli sseħħ bl-esaġerazzjoni u tispiċċa tbati xorta.

Il-qwiel kollha, f’post wieħed.