F’April il-ġurnata tax-xogħol tkun itwal, b’aktar tbatija.
Xita fi dħul April, karru deheb u ieħor ħarir.
Ix-xita fil-bidu ta’ April tagħmel ġid lill-uċuħ tar-raba’.
Kategoriji: April | il-meteoroloġija | ix-xhur | ix-xita
Qwiel relatati
Bil-kumplament tajjeb t’April, l-uċuħ kollha taqbeż u ttir.
Jekk it-temp ikun tajjeb f'April, l-uċuħ tar-raba' ma jbatux.
Bix-xita f’Marzu u April, tinġabar l-annata.
L-uċuħ tar-raba' jikbru bix-xita li tagħmel f'Marzu u April.
F’April ħobża kbira fil-mindil.
Il-qamħ jimla f’April, u l-ħaddiema jkollhom iżjed ħobż biex iżommhom matul ġurnata tax-xogħol itwal. Il-mindil huwa d-dvalja.
April jagħmel il-fjuri u Mejju jieħu l-unuri.
Ċerti nies jieħdu l-mertu tax-xogħol li jkun sar minn ħaddieħor.
April ħobżna fil-mindil.
Il-qamħ jimla f’April, u l-ħaddiema jkollhom iżjed ħobż biex iżommhom matul ġurnata tax-xogħol itwal. Il-mindil huwa d-dvalja.
