F’Jannar u Frar jagħmel temp ikrah.
F’Ħadd il-bluh ix-xita tibda tfuħ.
Ix-xita tnaqqas sew lejn żmien il-karnival (fi Frar).
Kategoriji: Frar | il-meteoroloġija | ix-xhur | ix-xita
Qwiel relatati
Meta Frar ikollu s-slejjef, il-bidwi jmur joqgħod mal-ġwejjef.
Meta tinzerta sena biżestili (= sena bi 366 jum), ix-xogħol tal-għalqa ma jirnexxix. Is-slejjef għaliex Frar jislef ġurnata.
Meta jiġi Ħadd il-bluh, ix-xita tibda tfuħ.
Meta jasal il-Karnival (= Ħadd il-bluh), tibda tagħmel inqas xita.
Fi Frar il-kaboċċi tiha ’l-ħmar.
Il-kaboċċi mhumiex tajbin għall-ikel fi Frar.
Frar fawwar, il-bidwi għana fid-djar.
Fi Frar ikun hemm xi ftit xemx, bi tħejjija għar-rebbiegħa.
Meta Frar ikun fawwar, f’daqqa l-biedja tmur fl-ibjar.
Il-ħafna xita li tagħmel fi Frar tagħmel ħsara kbira lill-uċuħ tar-raba'.
