Bħal tifel imfissed, Mejju jħawwad ħafna fit-temp.
Mejju kulma fih jirvina l-btieħ.
Ix-xita li tagħmel f’Mejju tirvina l-ġwież tal-annimali.
Kategoriji: il-biedja | il-meteoroloġija | ix-xhur | ix-xita | Mejju
Qwiel relatati
Mejju x-xahar tad-diżgrazzji.
Superstizzjoni Maltija. Kienu jemmnu li d-diżgrazzji f’Mejju jinqalgħu.
Mejju xahar il-fjuri, fih il-għomma tibda turi.
F’Mejju tibda s-sħana.
Mejju mirjieħ b’kull deni stennieh.
F’Mejju r-riħ jagħmel ħafna ħsara.
April imut bil-bard u Mejju jrid il-ward.
Il-kesħa tispiċċa f’April, u l-fjuri jwarrdu f’Mejju.
Mejju mirjieħ jaqleb il-wiċċ u l-qiegħ.
F’Mejju r-riħ iċaqlaq il-baħar u joħloq ħafna maltemp.
