L-għattuqa ta’ Frar tajba ħafna għall-ikel.
Qwiel relatati
Meta Frar ikollu s-slejjef, il-bidwi jmur joqgħod mal-ġwejjef.
Meta tinzerta sena biżestili (= sena bi 366 jum), ix-xogħol tal-għalqa ma jirnexxix. Is-slejjef għaliex Frar jislef ġurnata.
Meta Frar ikun fawwar, f’daqqa l-biedja tmur fl-ibjar.
Il-ħafna xita li tagħmel fi Frar tagħmel ħsara kbira lill-uċuħ tar-raba'.
Frar fawwar jimla l-bjar.
Tagħmel ħafna xita fi Frar.
F’Ħadd il-bluh ix-xita tibda tfuħ.
Ix-xita tnaqqas sew lejn żmien il-karnival (fi Frar).
Fi Frar jindaqqu l-ġlieġel.
Il-karnival jiġi fi Frar.
