Meta tisma’ jgħajjat il-werżieq, tista’ tmur għall-għeneb u t-tiniet.L-għeneb u t-tin jilħqu f'Awwissu, żmien li fih spiss tisma' l-ħoss tal-werżieq.
Meta l-għansal itella’ l-bonn imgħawweġ annata ħażina; meta jtella’ l-bonn dritt annata tajba.Ir-raba’ tinduna kemm ser jirnexxi skont il-bonn (jiġifieri z-zokk) tal-għansal (li huwa tip ta’ pjanta, Prospero autumnale).