Tagħmel kesħa kbira f’Marzu. Qartsu tfisser geżwru.
Marzu bl-ilma xebgħan italla’ ġbira, u gozz ikbar tkun tat-tgħam.
It-tgħam (jiġifieri ċ-ċereali) jissaqqa u joktor bix-xita ta’ Marzu.
Kategoriji: il-biedja | il-meteoroloġija | ix-xhur | ix-xita | Marzu
Qwiel relatati
Marzu t-twil ġieb l-ixkora tal-qamħ.
It-tħejjijiet għall-ħsad tal-qamħ isiru f’Marzu.
F’Marzu, kull tajr ibid.
It-tajr (l-annimali li jtiru) ibid f’Marzu.
Marzu, il-flissjonijiet komuni bħax-xebbiet.
F’Marzu ħafna taqbadhom il-flissjoni.
Meta l-fula tnawwar, il-bergħuda tfawwar.
F'Marzu l-ful jibda jagħmel il-fjuri (= inawwar) u l-briegħed joktor.
Marzu Marzellu, itajjar ix-xebbiet b’dellu.
Dari x-xebbiet kienu jinnamraw f’Marzu.
