Fl-aħħar ta' Marzu, ix-xitwa tasal fi tmiemha u tibda r-rebbiegħa. Nwajjar huwa d-diminuttiv plural ta' nwara, li tfisser fjura.
Ħruġ Marzu dħul April, ix-xita karru deheb fin.
Ix-xita fl-aħħar ta’ Marzu u fil-bidu ta’ April tagħmel ġid lill-uċuħ tar-raba’.
Kategoriji: April | il-meteoroloġija | ix-xhur | ix-xita | Marzu
Qwiel relatati
Xita fi ħruġ Marzu u dħul April, karru deheb u ġawhar fin.
Ix-xita fl-aħħar ta’ Marzu u fil-bidu ta’ April tagħmel ġid lill-uċuħ tar-raba’.
Marzu t-twil ġieb l-ixkora tal-qamħ.
It-tħejjijiet għall-ħsad tal-qamħ isiru f’Marzu.
F’Marzu l-fart iħoss il-bard minn qrunu.
Tagħmel kesħa kbira f’Marzu. Il-fart jirreferi għall-annimali bovini.
Marzu r-rebbiegħa tal-bhejjem.
Il-bhejjem jagħmlu ħafna ħalib f’Marzu.
Marzu qala’ mnieħru u qartsu.
Tagħmel kesħa kbira f’Marzu. Qartsu tfisser geżwru.
