Mill‑ksieħ u r‑riħ jiġu l‑għelejjel, mix‑xemx u x‑xita jsiru l‑għelejjel.
Il‑kesħa u r‑riħ imarrdu l‑uċuħ tar‑raba' (l‑ewwel tifsira ta' għelejjel ‑ plural ta' għalla ‑ hija mard), filwaqt li x‑xemx u x‑xita jagħmlulhom il‑ġid (it‑tieni tifsira ta' għelejjel hija wċuħ tar‑raba').